10.3.20

Miżuri ta' Prevenzjoni fil-Laqgħat tal-Knisja



English Version

Nifirħu u nirringrazzjaw lill-Mulej li nistgħu nerġgħu niltaqgħu bħala knisja biex nagħtuh qima. Dawn il-miżuri prattiċi jgħinuna sabiex nipproteġu lilna nfusna u lil ħaddieħor mill-mard.

Ir-Responsabilità Individwali
  1. Oqgħod id-dar jekk ma tiflaħx, anke jekk għandek sintomi ħfief bħal flissjoni jew ftit sogħla, jew jekk kont mogħti parir mediku. Persuni li għandhom sintomi ta' allerġija (hayfever) jistgħu jattendu.
  2. Kun puntwali (ara li tasal imqar 10 minuti qabel il-bidu tal-laqgħa). Jekk jogħġħbok stenna barra sakemm l-usher jeħodlok it-temperatura u jiggwidak fejn għandek tpoġġi.
  3. Meta tidħol fil-knisja u qabel toħroġ naddaf idejk sewwa bis-sanitizer pprovdut. Tista' wkoll iġġib sanitizer għall-użu personali.
  4. Evita kuntatt fiżiku (tmissx u tieħux b’idejn persuni oħra). Żomm distanza ta’ żewġ metri minn ħaddieħor f’kull ħin; membri tal-istess familja jistgħu joqgħodu flimkien (sa massimu ta’ 6 persuni).
  5. Ilbes maskra tal-wiċċ jew visor matul il-ħin li tkun fil-bini tal-knisja. Ara li l-maskra hi ta’ qies addattat u li tgħatti l-imnifsejn, il-ħalq u l-geddum.
  6. Evita li tmiss wiċċek (għajnejk, imnieħrek jew ħalqek) jew li toqgħod tmesmes mal-maskra tal-wiċċ b’idejk mhux maħsulin. Iddisponi mill-maskra d-dar tiegħek.
  7. Żomm it-toilet nadif. Wara li tuża t-toilet aħsel idejk bl-ilma u s-sapun, imsaħhom b’karta disponibbli u armiha fil-barmil apposta (li jinfetaħ b’pedala bis-sieq).
Miżuri Ġenerali
  1. Il-post għandu jitnaddaf b’disinfettant ordinarju.
  2. Minbarra s-sistema ordinarja ta’ ventilazzjoni, il-bibien/twieqi għall-barra għandhom jinżammu miftuħin ukoll.
  3. Min iservi l-ħobż u l-inbid waqt l-Ikla tal-Mulej għandu jnaddaf idejh sewwa b'sanitizer.
  4. It-traduttur għandu jimsaħ il-microphone u headphones b’alcohol wipe qabel u wara li jużahom, u jnaddaf idejh b'sanitizer. Dawk li għandhom bżonn traduzzjoni l-aħjar li jġibu l-headphones magħhom.
  5. Il-kotba (Bibbji u kotba tal-kant) jitneħħew biex ma jkunx hemm aċċess għalihom. Tista’ ġġib il-kopja personali tal-Bibbja miegħek.
  6. Il-kant isir b'vuċi baxxa. 
  7. Ma jsirx ġbir waqt il-laqgħa; id-donazzjonijiet jitpoġġew f’kaxxa apposta.
  8. Min qed imexxi jista’ ma jużax maskra jew visor waqt li qed jindirizza l-laqgħa.
  9. Il-laqgħa m’għandhiex tieħu fit-tul aktar milli meħtieġ. Fit-tmiem kulħadd imur lejn daru, u noħorġu mingħajr iffullar.