Stqarrija dwar ir-River of Love f'Malta
L-aħwa, wara li ilna b’dispjaċir nisimgħu u nosservaw x’qed jiġi mgħallem fir-River of Love (Word of Faith u Prosperity Gospel), aħna, bħala presbiterju tal-Knisja Evanġelika Trinità, ikkonsidrajnieh bħala obbligu tagħna illi nsemmgħu leħen ta’ protesta u nwissu lil ħutna f’pajjiżna sabiex joqogħdu ferm attenti għal dan it-tgħawwiġ tal-evanġelju.
Dan id-dokument jispjega u jagħti raġunijiet għala knisja fidila lejn Sidha Kristu m’għandhiex tassoċja ruħha mat-tali tagħlim, anzi jmissha tesponih għal dak li hu. Dal-pass qed nagħmluh b'imħabba, b’kuxjenza tajba u bl-ikbar responsabbiltà, għax filwaqt li ngħożżu l-unità u l-kooperazzjoni bejn l-aħwa, huma min huma, fl-istess ħin ma nistgħux nabbandunaw id-dmir li niddefendu l-verità tal-evanġelju.
Inħeġġukom għaldaqstant taqraw dan id-dokument. Il-Mulej iħares il-knisja tiegħu mill-errur u jibniha bil-Kelma tal-grazzja tiegħu.
Paul Mizzi mal-presbiteri, Knisja Evanġelika Trinità.
7 ta' Ġunju 2018
Download