O Ġesù tiegħi, kemm int kontradett!



O Ġesù tiegħi, kemm int kontradett! Xi enimma fik!

Kont tgħejja u torqod fid-dgħajsa, jew tieqaf tistrieħ mal-ħorża tal-bir, u frattant toffri l-irpoż lil ruħna.

Għajruk illeġittmu, u frattant taqlagħna l-jedd biex nissejħu wlied adottivi tal-Missier etern.

Ittimbrawk bħala xitan, u frattant keċċejt id-demonji u ħlistna mid-dominju tad-dlam.

Int is-Sultan fuq kull sultan ieħor, u frattant tħallas it-taxxa.

Mibjugħ għal tliet munita fiddiena, u frattant tajt ħajtek stess bħala riskatt għal bosta nies.

Ma ridtx taqleb il-ġebel f’ħobż biex tissodisfa l-ġuħ estrem tiegħek, u frattant tajt ġismek stess bħala ħobż veru.

Qabdek l-għatx u frattant int l-ilma tal-ħajja.

Bkejt mal-qabar ta’ Lazzru sabiex timsaħ id-dmugħ tagħna.

Kont miġjub bħala ħaruf għall-qatla, u frattant int ir-Ragħaj it-tajjeb.

Mitt, u b’mewtek qridt is-setgħa tal-mewt.

Mitt mewta ta’ midneb u frattant ġejt biex issalvana, midinbin miżerabbli.

X’paradigma ta’ mħabba! X’mudell ta’ tjieba! X’fonti ta’ ispirazzjoni għalina!

(Awtur, Paul Mizzi, 2023).

Kuntatt

Pastor Paul Mizzi
Email: knisjaevangelika@yahoo.com
SMS: 79551446