L-Alfabett tal-Kristjan


Afda b’qalbek kollha fi Kristu Ġesù, is-Salvatur umiljat u Sid irxoxtat tiegħek.
Bluha tkun għalik jekk tirbaħ id-dinja kollha biex imbagħad titlef ruħek.
Ċarrat kull skuża biex tipprova tingħoġob mad-dinja, u qatta’ kull rabta mad-dnub.

Dejjem u f’kull post fittex għoġob lill-Feddej, li xtrak għas-saltna eterna tiegħu.
Emmen l-evanġelju u pritkah lilek innifsek kuljum, u fittex għix l-implikazzjonijiet tiegħu.
Farraġ lil ħutek bl-istess vanġelu, u xandru lill-mitlufa f’kull okkażżjoni offruta lilek.

Ġarrab kull faraġ fil-fidi: immira li tkun hieni u feliċi f’Alla Trinità, li jħobbok mill-eternità.
Gawdi l-grazzja meraviljuża li rċevejt fi Kristu: għixha u sarrafha f’opri tajba f’kull opportunità.
asses u itlob, kuljum u bla eċċezzjoni, bħalma tieħu n-nifs il-ħin kollu.

Hieni tkun meta tibqa’ f’Ġesù, tiddependi fuqu, qrib tiegħu, f’komunjoni ħelwa.
Ħawwel lil ruħek u moħħok fil-Bibbja Mqaddsa, biex tipproduċi l-frott tal-indiema.
Imla lil qalbek bil-wegħdi kbar u prezzjużi li għaddielek Missierek: għix fid-dawl tagħhom.

Ieqaf sod u bla kompromessi kontra l-forzi tal-dlam, liebes l-armatura sħiħa t’Alla.
Jalla ssib grazzja, fit-tiġrib, biex taħarbu, tissielet kontrih u tegħlbu għall-glorja ta’ Sidek.
Kristu – il-Profeta, Re u Qassis – imissu jkun fiċ-ċentru ta’ ħsibijietek, għemilek u diskorsok.

Lvent kun dejjem biex tħobb ’l Alla b’qalbek kollha, u l-proxxmu bħalek innifsek.
Matul il-pelleġrinaġġ tiegħek ibbrilla dejjem fil-fidi, it-tama u l-imħabba, dawn it-tlieta.
Neħħi kull tfixkil: iċħad lilek innifsek, erfa’ salibek, u segwi wara l-Imgħallem Ġesù.

Obdi mill-qalb u sinċerament kull kmandament u direttiva mogħtija lilek mill-Mulej.
Prijoritajiet f’posthom huma importantissmi: tinħeliex fil-ħmerijiet u trivjalitajiet.
Qatt tattendi l-qima pubblika t’Alla mingħajr qalb miftuħa, lest biex tissottometti u sservi.

Riesaq kuljum lejn tmiemek fuq l-art: aħseb spiss dwar il-mewt, ġudizzju, infern u ġenna.
Sidek Ġesù għad jirritorna: jalla jsibek ippreparat u antiċipattiv għal miġjietu, liebes l-abjad.
Talb fl-Ispirtu s-Santu hu kruċjali: adura ’l Alla, stqarr dnubek, irringrazzja u interċiedi.

Uża qalbek biex tesprimi l-kumpassjoni, il-ħniena u l-imħabba t’Alla mal-proxxmu.
Vitalità qawwija tinsab f’komunjoni fidila u ubbidjenti mal-Ispirtu s-Santu.
Waħħal il-ħarsa tal-fidi u l-għaxqa ta’ qalbek ma’ Kristu, li hu kollox f’kollox.

Xirka mal-aħwa hija indispensabbli: ilqagħha bħala mezz ieħor tal-grazzja divina.
Żelu għall-ħwejjeġ tas-sema jgħinek biex tavvanza u tikber fit-tagħrif u l-grazzja tas-Sid.
Zopp m’għandikx għalfejn tkun: sat-tmiem iġri t-tiġrija tal-fidi mqiegħda quddiemek.

Miktub minn Paul Mizzi.

Kuntatt

Pastor Paul Mizzi
Email: knisjaevangelika@yahoo.com
SMS: 79551446