L-Imħabba Manifestata


L-imħabba! Xi tkun, o xi tkun l-imħabba?
Jew f’xiex jew f’min qatt tista’ ssib il-ġabra?
   Bdejt nifhimha u għaraftha
   Meta s-Sid sar bniedem bħalna,
Magħluq f’post wieħed, mingħajr ġieħ jew grad,
Joffri ’ll-bniedem maħfra qabel ma jkun tard.
   Iddiet l-imħabba: mastrudaxxa Lhudi
   Stinka fl-antik, mal-Galilija muri,
Muri ma’ pubblikan u ftit sajjieda,
Lest sabiex kontra d-dnub jidħol fi ġlieda.
   L-imħabba mill-eternità xegħlet fiż-żmien;
Bdiet bħall-ħmira f’għaġna, xterdet ma’ kullimkien.
   L-imħabba hija ’nkurunata fuq salib
Ħalli magħha nkun magħqud, magħha nsir ħabib.
   L-imħabba niżet baxx fejn nista’ naraha jien;
   Mattret idejha lejja, il-mifluġ w għajjien.
L-imħabba issa tgħammar fija, ’l ruħi ngħatat,
Għaliex mat-tielet jum għelbet, iva rxoxtat.
   Alla hu mħabba, għax huwa biss kwalifikat
   Biex jilħaq lili, vili, maħmuġ, ħati, ingrat.

Miktuba minn Paul Mizzi.

Kuntatt

Pastor Paul Mizzi
Email: knisjaevangelika@yahoo.com
SMS: 79551446