Itlob għall-mexxejja fil-knisja
Efesin 6:19, 20; Kolossin 4:2-4.
1. Biex il-virtujiet ewlenin – il-fidi, it-tama u l-imħabba – ikunu espressi b’mod prominenti fil-karattru tagħhom.
2. Biex ifittxu jogħġbu ’l Alla u mhux lill-bnedmin.
3. Biex ikunu rġiel eżemplari tal-familja, iħobbu lil marthom, u jkunu missirijiet eċċellenti.
4. Biex ixandru l-Kelma sħiħa t’Alla bil-fedeltà, bl-unzjoni tal-Ispirtu, b’konvinzjoni u mħabba.
5. Biex ikollhom il-kuraġġ iwissu u jwiddbu, bis-sensittività u ħlewwa, meta meħtieġ.
6. Biex iżommu l-prijoritajiet xierqa: dedikati għall-Kelma u t-talb.
7. Biex jipperseveraw bis-sabar, u fi kwalunkwe suċċessi jibqgħu umli, dejjem grati lejn Alla u jkomplu jwettqu l-ministeru tagħhom bil-ferħ.
8. Biex ikunu mexxejja li jimmotivaw, jispiraw u jimmobilizzaw il-ġemgħa kollha, ħalli tikber fil-maturità, fil-għarfa u l-grazzja ta’ Sidna Ġesù.
9. Biex qatt ma jittraskuraw u wisq inqas jabbandunaw il-Kummissjoni l-Kbira, iżda f’dan il-qasam ikunu eżemplari għall-bqija.
10. Biex fl-imġiba u d-diskors tagħhom dawk li għadhom barra ma jsibu qatt u xejn fuqxiex jixluhom.
11. Biex fuq kollox jagħrfu l-bżonn l-aktar indispensabbli tagħhom u tal-komunità: il-qdusija personali.
12. Biex jirsistu ħalli jmantnu l-unità fost il-kongregazzjoni u jgħinu lil kull membru jiżviluppa d-doni tiegħu għat-tisħiħ u l-avvanz tal-ġisem kollu.
13. Biex jgħallmu l-Iskrittura fil-bilanċ tagħha, filli jgħallmu l-artikli fondamentali tal-fidi tagħna, bla ma jittraskuraw xejn mill-Kelma, u fl-istess ħin iwissu dwar ereżiji u żbalji dottrinali kontemporanji.
14. Biex f’għemilhom, diskorshom u ħsibijiethom kollha Alla Trinità jkun manjifikat u msebbaħ.