Kunfidenzjalità fil-Counselling mal-Presbiteri
Dan id-dokument jispjega l-prinċipji li jiggwidaw il-counselling tagħna, il-presbiteri tal-Knisja Evanġelika Trinità, u b’mod partikolari dwar il-konfidenzjalità u l-limiti tagħha.
Bħala presbiteri u aħwa fi Kristu, nassigurawk li l-mottiv ewlieni tagħna fil-counselling huwa l-imħabba, bl-għan li ngħinuk u niggwidawk skont l-għerf tal-Kelma t’Alla.
Aħna, t-teaching elders, nistgħu niddiskutu il-każ tiegħek bejnietna fuq bażi kunfidenzjali bl-għan li niksbu fehma aħjar u nipprovdulek gwida tajba.
Aħna nwegħduk konfidenzjalità limitata. Dan ifisser impenn sħiħ li ma niżvelawx informazzjoni personali miksuba waqt il-counselling lil ħaddieħor sakemm ma jkunx meħtieġ, u li se nagħmlu kull sforz sabiex ngħinuk issolvi l-problemi tiegħek bl-aktar mod privat possibbli.
Madankollu, hemm ċirkostanzi fejn ikun meħtieġ li niżvelaw informazzjoni ma’ ħaddieħor, fosthom ma’ dawn li ġejjin:

- awtoritajiet ċivili kompetenti għall-protezzjoni tiegħek nnifsek, jekk ikun hemm suspett raġonevoli li saħħtek jew ħajtek qegħdin f’periklu serju;
- awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni ta’ persuni oħra, tfal u adulti, jekk ikun hemm suspett raġonevoli li huma f’periklu minn kwalunkwe ħsara jew abbuż;
- il-ġenituri ta' minuri, jekk ikun hemm suspett raġonevoli li t-tfal tagħhom ikunu f'xi periklu jew abbuż;
- persuni adulti, jekk ikun hemm suspett raġonevoli li huma f’xi periklu jew abbuż;
- lil aħwa Kristjani oħra, u saħansitra lill-knisja, skont il-proċedura ta’ dixxiplina bibblika (Matt. 18:15-17; 1 Kor. 5:2-13; Gal. 6:1-2);
- jekk inkunu mitluba mill-Qorti tal-Ġustizzja jew xi awtorità leġittima oħra.
Filwaqt li ġeneralment infittxu l-kunsens tiegħek qabel niżvelaw xi informazzjoni, aħna moralment, u kultant legalment, obbligati li nagħmlu dan anke mingħajr il-kunsens, u saħansitra kontra r-rieda tiegħek.
Nenfasizzaw li l-għan tagħna huwa li ngħinu lilek u lill-persuni oħra involuti, billi nimxu skont l-imħabba, u l-għerf tal-Kelma t’Alla. Fil-prattika dan ifisser li ġeneralment inkunu nistgħu nżommu l-informazzjoni personali privata, ħlief f’ċirkostanzi rari bħal dawk elenkati hawn fuq.