Talba ta' Ringrazzjament



O Alla li tista’ kollox, Missier il-ħnieniet kollha, bl-akbar umiltà u onestà, aħna l-qaddejja tiegħek niżżuk ħajr għat-tjubija u l-ġenerosità tiegħek magħna u mal-bnedmin kollha. Inbierkuk talli ħlaqtna, tal-providenza, u l-barkiet kollha ta’ din il-ħajja; imma fuq kollox għall-imħabba partikolari li fdietna u tatna l-għotja tal-ħajja eterna permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu. Nirringrazzjawk ukoll għall-mezzi tal-grazzja – l-Iskrittura, it-talb, il-kommunjoni tal-qaddsin u l-Ikla – u mhux l-anqas, nirringrazzjawk għat-tama ħajja tal-glorja bil-qawmien ta’ Ibnek.

Nitolbuk, agħtina qalb tassew grata u rikonoxxenti, sabiex inxandru t-tifħir tiegħek, mhux biss b’xofftejna, imma b’ħajjitna wkoll; billi nagħtu lilna nfusna għas-servizz tiegħek, u billi nimxu quddiemek fil-qdusija u t-tjieba l-jiem kollha ta’ ħajjitna; permezz ta’ Ġesù Kristu Sidna, li lilu, u miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, il-ġieħ u l-glorja għal dejjem. Ammen.

Kuntatt

Pastor Paul Mizzi
Email: knisjaevangelika@yahoo.com
SMS: 79551446